“Salvajtli ħajti għax jien kelli nkun fil-karozza meta splodiet”

Bint il-vittma tal-isplużjoni li seħħet dalgħodu f'Wied il-Għajn irringrazzjat lil missierha li salvalha ħajjitha għax hi kellha tkun  fil-karozza dak il-ħin tal-inċident.
Faye Cachia kitbet fuq Facebook li missierha qalilha li llum ma setax imur għaliha. Qalet li kieku għamel hekk, hi kienet tkun miegħu fil-karozza fil-ħin tal-isplużjoni. 
Spjegat li ma kellhiex kliem biex tiddeskrivi dak li għaddejja minnu bħalissa.
Qalet li qatt mhi se tinsa lil missierha, speċjalment minħabba li jiċċelebraw għeluq sninhom fl-istess ġurnata.
Martin Cachia ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, wara li seħħet splużjoni fil-karozza tiegħu waqt li kien qed isuq, li b'konsegwenza tagħha daħal ġo ħajt.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.