“Salvajna lid-Dwejra” – NGOs

Il-15-il NGO rebħu l-appell fil-Qorti kontra l-iżvilupp fid-Dwejra.

Il-proposta kienet għal estensjoni ta’ ristorant fid-Dwejra. It-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjannar (EPRT) kien ħareġ permess għalih, li issa se jiġi revokat mill-Qorti tal-Appell.

X’kien ġara?

15-il organizzazzjoni ngħaqdu sabiex jiġbru l-flus f’tentattiv biex jappellaw kontra iżjed żvilupp fid-Dwejra, Għawdex.

Oriġinarjament, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet iddeċidiet li ma toħroġx permess. Però, it-Tribunal tar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar irreveda d-deċiżjoni.  Minħabba f’hekk, appellaw l-għaqdiet fil-Qorti, u rebħu.

Jiġbru l-flus biex jappellaw kontra l-iżvilupp fid-Dwejra

Żvilupp fid-Dwejra: 15-il għaqda jiġbru €3,000 biex jappellaw

Id-Dwejra huwa sit Natura 2000, u huwa kklassifikat ukoll bħala Dark Sky Heritage Area. Billejl joffri veduta tas-sema mdallam bil-kwiekeb.  Din hija wkoll Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC) ta’ importanza internazzjonali. Iċ-Ċiefa, għasfur tal-baħar, tuża l-irdumijiet bħala ħabitat fejn tbejjet. L-iżvilupp kien se jkollu mpatt negattiv fuq dawn l-aspetti tal-post.

L-għaqdiet parteċipi fl-appell kienu BirdLife Malta, Bicycle Advocacy Group, Din l-Art Ħelwa, FAA Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Isles of the Left, Light Pollution Awareness Group, Moviment Graffitti, Nature Trust – FEE Malta, Ramblers Malta, Archaeological Society Malta, The Astronomical Society of Malta, Institute of Space Sciences and Astronomy – ISSA – University of Malta, Wirt Għawdex u Żminijietna – Voice of the Left.

Lukanda?

Iżjed tard, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) rċeviet proposta waħda għas-sejħa internazzjonali li saret għad-Dwejra Heritage Park. Din kienet li tinbena lukanda f’barriera li tinsab viċin id-Dwejra.

Is-sejħa kienet għal proposti dettaljati dwar kif il-Gvern seta’ jiżviluppa Dwejra Heritage Park b’kwalunkwe mezz possibbli biex id-Dwejra f’Għawdex tingħata aktar promozzjoni.

Esklussiva: Lukanda fid-Dwejra l-unika proposta għas-sejħa tal-PM

Il-Ministeru għal Għawdex ma kienx involut fil-konsultazzjoni għall-proġett tad-Dwejra. Dan żvelah Newsbook.com.mt hekk kif minn dokumenti li ra, il-Ministeru għal Għawdex ma jissemma mkien. Il-Ministeru la ċaħad u lanqas ikkonferma dan.

Lukanda fid-Dwejra: Il-Ministeru għal Għawdex mhux involut fil-konsultazzjoni