“Salva lit-trabi, t-tfal u nisa fi tqala” – il-PN lill-Gvern

A police officer in protective clothing against possible coronavirus infection removes a life jacket from a child migrant after rescued migrants arrived on a military ship in Senglea
Source: REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista appella lill-Gvern biex isalva lit-trabi, t-tfal u nisa fi tqala mid-dgħajjes li jinsabu fl-ibħra viċin Malta.

Fi stqarrija, il-PN qal li l-Gvern qed ifalli fis-settur tal-immigrazzjoni għax ma kienx ipprepat. Il-PN stqarr li l-Gvern għandu obbligi umanitarji internazzjonali li jrid jiffaċċja.

Il-PN fisser kif dak li jsir mal-aktar persuni vulnerabbli huwa dak li jiddistingwina bħala poplu. Fakkar fis-sehem tal-Maltin fil-gwerer u fl-assedji, u kif il-Maltin qatt ma tlifu s-sens ta’ umanità fihom.

F’Ħal Far il-klinika qed titpinġa bħala sptar”

Il-PN qal li l-klinika normali li hemm fiċ-ċentru ta’ Ħal Far qed tipprova titpinġa bħala sptar għal dawn l-persuni.  Dwar dak li qal Alfred Grixti, il-Kap tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, il-PN qal li l-Gvern ma jistax iħalli uffiċjal pubbliku fi ħdanu jgħid li għandna ngħarrqu d-dgħajjes tal-immigranti.

Fl-istqarrija, il-PN jgħid li f’dawn il-jiem u f’ta’ qabel offriet diversi drabi l’id tal-koperazzjoni u qbil nazzjonali imma kull darba din kienet rifjutata. L-Oppożizzjoni appellat għal sens ta’ tmexxija serja u konsistenti  filwaqt li ħeġġet ukoll biex jekk il-Gvern l-għaqda nazzjonali, ma jistax jibqa’ jirrifjuta li jikkonsulta mal-Oppożizzjoni.

L-istqarrija kienet iffirmata mid-Deputat Kap tal-PN David Agius, mid-deputati Beppe Fenech Adami, Carmelo Mifsud Bonnici u mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew Roberta Metsola.