Salva ħajja, ixtri ġugarell

Ma’ kull rigal ta’ Sophie la girafe li jinxtara, qed jingħataw donazzjonijiet, li bihom jistgħu jinxtraw tliet tilqimiet kontra l-ħosba.
Din l-inizjattiva, f’aktar minn 80 pajjiż fosthom f’Malta, qed issir b’kollaborazzjoni mat-Tobba mingħajr Fruntieri.
L-għan huwa li Sophie la girafe trid tipprovdi minimu ta’ 150,000 vaċċin.
“Aħna kburin ngħidu li qed nieħdu sehem f’dan il-proġett ma’ Sophie la girafe, u din l-inizjattiva verament missitilna qalbna.” qal Raymond Mintoff, Direttur tal-kumpanija Paloma Cosmetics Ltd f’Malta. 
Huwa kompla billi qal li b’dan l-att ta’ ġenerożità, huma ħa jkunu jistgħu jipprovdu xaqq tama lil dawk inqas fortunati li qegħdin jaffaċċjaw din il-marda. 
Sophie la girafe hija magħmula minn lastiku naturali, u tistimula l-ħames sensi tat-tarbja mill-età ta’ tliet xhur.
Filwaqt li r-rata ta’ mortalità kkawżata minn din il-marda naqset f’dawn l-aħħar 30 sena, ma ntlaħaqx it-tir tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fis-sena 2000, li sas-sena 2015 tnaqqas in-numru ta’ mwiet b’95%.
Ritratt: Christina Simons