Salmonella f’xi bajd f’Malta

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qed jinfurmaw lill-pubbliku li ċertu bajd Malti fih is-salmonella.

Dan hu l-bajd li ġej minn St Joseph Farm-M. Xerri PLM 005.

It-testijiet saru bħala parti mill-programm tal-Kontroll Nazzjonali Veterinarju għas-salmonella.

L-awtoritajiet ordnaw li dan il-bajd jiġi rtirat mis-suq, u avżaw lill-pubbliku biex ma jixtrix bajd li ġej minn St Joseph Farm.