Sale tal-Emirates b’tariffi mraħħsa għall-ħarifa

Read in English.


Din il-ħarifa, l-Emirates qed toffrilek iċ-ċans li tiskopri dinjiet ġodda b’valur eċċezzjonali, fil-klassi Ekonomika, il-Klassi tan-Negozju u fl-Ewwel Klassi, għal numru ta’ destinazzjonijiet popolari mal-Maltin. Ibbukkja sal-5 ta’ Settembru tgawdi esperjenzi u kulturi ġodda f’għażla ta’ pajjiżi min-network globali tal-Emirates b’dawn l-offerti speċjali għal żmien limitat.

Tawwal is-sajf tiegħek billi ssiefer lejn il-bajjiet xemxin tal-pajjiżi fl-Oċean Indjan, gawdi l-avventura fl-Afrika jew skopri l-bliet ħajjin tal-Lvant Imbiegħed billi taħtaf dawn it-tariffi ta’ valur. Is-Sale tal-Emirates japplika għal min jibbukkja titjira bejn it-22 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Settembru li ssir bejn is-27 ta’ Awwissu u s-17 ta’ Diċembru 2019.

Minbarra dawn it-tariffi mill-aqwa, takkwista wkoll id-doppju tal-mili bl-Emirates Sywards meta tirreġistra, tibbukkja u tivvjaġġa matul dan il-perjodu ta’ promozzjoni lejn Colombo, Hong Kong, Johannesburg, Kuala Lumpur, Male, Nairobi, Yangon, is-Seychelles u Singapore.

 

Is-sale tal-Emirates jinkludi:

Tluq minnDestinazzjoniKlassi EconomyKlassi BusinessL-Ewwel Klassi
MaltaDubaiEUR 600EUR 2546EUR 4783
 SingaporeEUR 691EUR 3184EUR 6077
 JohannesburgEUR 703EUR 2933EUR 5866
 Kuala LumpurEUR 724EUR 3100EUR 5633
 Hong KongEUR 727EUR 3070EUR 5657
 SeychellesEUR 740EUR 3583EUR 6465
 NairobiEUR 740EUR 2820EUR 5584
 ColomboEUR 755EUR 3705EUR 6658
 MaleEUR 784EUR 3535EUR 6658
 YangonEUR 919EUR 3312EUR 5880

Ivvjaġġa aħjar mal-Emirates u gawdi l-esperjenza komda li rebħet l-unuri fil-kabini kollha. Il-klijenti kollha fil-klassijiet tal-kabini kollha għandhom l-aċċess għal aktar minn 4,500 stazzjon tad-divertiment awdjo u viżiv permezz tas-sistema ice tal-Emirates, b’għażla ta’ films riċenti, spettakli televiżivi, mużika u logħob. Il-klijenti jgawdu wkoll xorb u ikel kumplimentari ispirati minn reġjuni differenti u s-servizz ta’ ospitalità, li hi magħrufa sew għalih l-Emirates, mill-ekwipaġġ multikulturali tagħha li jinkludi wkoll membri Maltin. L-Emirates toffri wkoll piż ġeneruż ta’ bagalji sa 35kg fil-Klassi Ekonomika, 40kg fil-Klassi tan-Negozju, u 50kg għall-Ewwel Klassi.

Biex tibbukkja t-titjira li jmiss mal-Emirates, ikkuntattja lill-aġent lokali tal-ivvjaġġar tiegħek jew idħol fis-sit www.emirates.com/mt.

*Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet.