​Salah ser jilgħab kontra l-eks tim tiegħu

Hekk kif illejla jkollna d-dwell ferm interessanti bejn Liverpool u Chelsea, dawn tal-aħħar qed josservaw b’ċertu għira l-wirjiet tal-eks plejer tagħhom Mohamed Salah illi mar-Reds qed ikun superlattiv tant li diġà skorja disa’ gowls fi 12-il logħba magħhom.
B’kuntrast ma’ dan kollu, Salah xejn ma impressjona ma’ Chelsea u filwaqt illi ftit kien jingħata ċans jilgħab mal-ewwel 11 u f’sentejn sħaħ lagħab biss 13-il partita filwaqt li skorja biss żewġ gowls.
Illum li ser jiltaqgħu kontrih, id-diriġenti ta’ Chelsea qegħdin jaħsbu li kieku stennew ftit kienu jaraw lil dan il-fenomenu jikber u jimmatura dejjem aktar.
Salah lagħab ukoll fl-Italja ma’ Fiorentina u Roma u anke hawn irnexxa mhux ftit hekk kif beda jistabbilixxi ruħu bħala plejer veloċi u perikoluż quddiem il-kaxxa.