Salah se jibda fuq il-bank tas-sostituti

It-tim nazzjonali Eġizzjan jinsab ottimist hekk kif Mohamed Salah irnexxilu jirkupra mill-injury li kellu, anke jekk ser jibda l-logħba kontra l-Urugwaj fuq il-bank tas-sostituti.

L-Eġittu għandhom avversarju diffiċli peress li l-Urugwaj igawdu minn żewġ attakkanti ta’ fama mondjali, Edinson Cavani ta’ Paris Saint Germain u Luis Suarez ta’ Barcelona. Minbarra l-qawwa offensiva tat-tim Sud Amerikan, it-tim immexxi minn Óscar Tabárez għandu wkoll plejers oħra b’ħafna esperjenza bħal Fernando Muslera, Diego Godin, Martin Caceres u Matías Vecino.

Din ser tkun it-tieni logħba fi Grupp A wara r-rebħa ta’ 5-0 li kisbet ir-Russja fuq l-Arabja Sawdita fl-ewwel partita tat-turnew.