Salah jirbaħ il-Premju Puskas

Mohamad Salah rebaħ il-premju Puskas għall-isbaħ gowl fl-istaġun 2017-18. L-attakkant ta’ Liverpool irċieva l-premju għall-gowl meraviljuż li skurja kontra r-rivali Everton f’logħba tal-Premier League Ingliż.

Il-gowls akkrobatiċi ta’ Gareth Bale u ta’ Cristiano Ronaldo kontra Liverpool fil-finali taċ-Champions League u kontra Juventus rispettivament kienu fost in-nominati.

Salah kienu wkoll kandidat għall-Aqwa Plejer Maskili tal-FIFA iżda kien Luka Modric li ħareġ rebbieħ. L-eks midfielder ta’ Tottenham rebaħ it-tielet Champions League konsekuttiva u wassal lill-Kroazja sal-final tat-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena.