Salah jaħrab mistoqsijiet fuq il-futur tiegħu

Skont is-sit tal-futbol Ingliż goal.com, Mohammed Salah irrisponda mistoqsijiet magħmula mill-ġurnalisti fejn is-suġġett waqa’ fuq il-futur tiegħu.
Huwa ħarab bil-pulit dawn il-mistoqsijiet billi saħaq illi hu qed jiffoka li jwassal lil Liverpool kemm jista’ jkun ‘il bogħod fil-UEFA Champions League kif ukoll jipprova jieħu ż-żarbun tad-deheb billi jispiċċa l-aqwa skorer tal-Premier League Ingliż.
Fil-fatt l-internazzjonali Eġizzjan huwa wieħed mill-istilel illi qed jibrilla matul dan l-istaġun hekk kif skorja 28 gowl li huwa ammont impressjonanti sa' dan iż-żmien.
Huwa qed jissemma b’insistenza illi jista’ jingħaqad mal-ġganti Spanjoli Real Madrid.