Salah iwitti t-triq għal rebħa ta’ Liverpool

Ħadd ma jista’ jwaqqaf lil Salah!
Hekk kien it-titlu ewlieni fil-ħarġa tal-gazzetta The Daily Mail ta’ dalgħodu meta ddeskriviet il-forma grandjuża li jinsab fih l-attakkant Eġizzjan ta’ Liverpool.
Dan tal-aħħar kien strumentali sabiex ir-Reds jiksbu d-19-il rebħa staġjonali wara suċċess ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Crystal Palace.
Hu skorja l-gowl drammatiku li ta t-tliet punti lit-tim immexxi minn Jurgen Klopp meta sab ix-xibka fl-84 minuta sabiex għenhom jitilgħu fit-tielet post tal-klassifika.
Dan kien is-37 gowl li skorja l-eks plejer ta’ Fiorentina u Roma bl-artiklu jkompli jgħid illi hu jinsab għaddej b’forma speċjali u ser ikun il-kandidat ewlieni sabiex jirbaħ iż-żarbuna tad-deheb.