Salah iweġġa’ fil-finali

salah

L-attakkant Eġizzjan kellu joħroġ mill-grawnd wara li Sergio Ramos waqa’ fuq spaltu fil-finali tal-UEFA Champions League.
Mohamed Salah kien fenomenali għal-Liverpool matul dan l-istaġun u wassalhom viċin ir-rebħ tal-kompetizzjoni permezz ta’ 10 gowls u 4 assists.
Wara tmiem il-logħba Jürgen Klopp stqarr li l-injury ta’ Salah, li ħareġ mill-grawnd imbikkem, kienet waħda serja u li affetwat lit-tim ta’ Liverpool.
Minkejja li bosta ħasbu li l-injury ser iżżomm lil Salah milli jirrapreżenta lill-Eġittu fl-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja, it-tabib tat-tim nazzjonali Dr Mohammed Abu Ola jinsab ottimist li l-plejer jista’ jkun parti mill-iskwadra.
L-aħħar li l-Eġittu rnexxilhom jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni kien lura fl-1990 u f’Ġunju li ġej se jilgħabu kontra l-Urugwaj, l-Arabja Sawdita u r-Russja.