Salad tal-patata bin-nagħniegħ

Ingredjenti

1 kilo patata ġdida

1 ras ta’ tema mgħaffġa

200ml jogurt plain

1 kuċċarina ħall abjad

1 kuċċarina zokkor

3 basliet friski maqtugħa rqaq ħafna

ftit weraq tan-nagħniegħ imqattgħa kbar

Metodu

Għalli l-patata sakemm issir, neħħieha mill-ilma u ħallieha tiksaħ. Jekk trid jew qattagħha f’biċċiet kbar inkella iżgħar.

Agħmel id-dressing: Ħallat flimkien it-tewm, il-jogurt, iz-zokkor u l-ħall u ftit bżar u melħ.

Meta tkun se sservi ħallat mad-dressing parti kbira mill-basal u n-nagħniegħ. Ferragħ d-dressing fuq il-patata u ħallat bil-mod biex ma tfarrakx il-patata. Wara, fl-wiċċ, ferrex il-kumplament tal-basal u n-nagħniegħ.