Salad bl-għeneb iswed, gorgonzola u ġewż

Ingredjenti

50g gorgonzola (jew ġobon tat-tursina)

150g għeneb iswed, li tneħħilu ż-żerriegħa u maqtugħ minn nofs

1 ħassa

ftit rocket lettuce mqatta’ biċċiet kbar

25g ġewż

bżar iswed

żejt taż-żebbuġa

meraq ta’ nofs lumija

kuċċarina mustarda

Metodu

Saħħan taġen bla żejt. Itfa’ l-ġewż fih u saħħan għal żewġ minuti.

Qassam il-ħass u r-rocket lettuce fuq żewġ platti. Farrak il-ġobon fuqhom u wara l-għeneb. Ferrex il-ġewż fil-wiċċ.

F’bieqja żgħira ħallat flimkien il-bżar iswed, iż-żejt taż-żebbuġa, il-meraq tan-nofs lumija u l-mustarda.

Ferragħ din it-taħlita fuq l-insalata u hekk tista’ tikolha.