Sala f’San Vinċenz se tinfetaħ mill-ġdid ftit jiem oħra

Fl-okkażjoni tal-bidu ta’ sena ġdida, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret lir-residenti u lill-impjegati ta’ San Vinċenz de Paul.
Hi rringrazzjat lill-ħaddiema għax-xogħol siewi tagħhom waqt li enfasizzat il-ħtieġa ta’ servizz ta’ kwalità għall-ġid tal-anzjani.
Justyne Caruana ltaqgħet ukoll ma’ qraba li kienu qed iżuru lill-anzjani tagħhom. Hi saħqet fuq l-importanza li l-qraba jżommu kuntatt mal-anzjani fir-residenzi mhux biss fi żmien il-festi imma tul is-sena kollha.
Is-Segretarju Parlamentari semmiet xogħlijiet fis-swali mill-Gvern, fosthom proġetti tas-swali St Francis 3, St Francis 4 u St Joseph 3 li se tinfetaħ uffiċjalment fi ftit ġranet oħra.