“Sal-lum, konna ta’ għajnuna għal 1,733 familja”

HSBC Malta jappoġġja l-Food Aid Project tal-Malta Trust Foundation

HSBC Malta ippreżenta donazzjoni ta’ €8,000 lill-Malta Trust Foundation, bħala parti mill-attivitajiet ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva f’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza.  B’din id-donazzjoni, il-bank se jkun qed jappoġġja l-Food Aid Project li l-Malta Trust Foundation waqqfet f’Marzu biex tilħaq lill-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, bħall-familji u l-individwi milqutin serjament mit-taqlib soċjo-ekonomiku li ġab miegħu l-COVID-19.

Imwaqqfa fl-2015 mill-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, il-President Emeritus ta’ Malta u ċ-Ċerpersin tal-Fondazzjoni, il-Malta Trust Foundation hi struttura li tieħu azzjoni konkreta biex tappoġġja żgħażagħ żvantaġġati li jimmiraw għal futur aħjar permezz ta’ emanċipazzjoni u inizjattivi psikosoċjali.

Sarah Bondin, Direttriċi tal-Malta Trust Foundation, qalet: “Sal-lum, konna ta’ għajnuna għal 1,733 familja, 24 organizzazzjoni u 6,187 individwu.  Li tgħin għadd daqshekk kbir ta’ persuni vulnerabbli, inkluż ġenituri waħedhom u familji żgħażagħ li jiffaċċjaw il-qgħad, pensjonanti li jiddependu minn dħul minimu, ħaddiema barranin li ma jikkwalifikawx għall-iskema ta’ appoġġ tal-Gvern, u persuni li diġà kienu qed jgħixu taħt il-linja tal-faqar, jenħtieġu ammonti kbar ħafna ta’ ikel. Nirringrazzjaw lill-HSBC Malta talli appoġġjana u ppermettielna nkunu hemm għal dawn in-nies vulnerabbli f’dan iż-żmien ta’ bżonn.”

Simon Vaughan Johnson, Kap Eżekuttiv Designate tal-HSBC Malta, qal: “Inizjativi bħall-Food Aid Project jħallu impatt kbir fl-għajnuna għal dawk fil-bżonn f’dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali. HSBC Malta jagħraf li din il-pandemija qed tiġġenera tbatijiet għal ħafna nies u jinsab kuntent li qed f’pożizzjoni li jappoġġja proġett bħal dan. Il-Bank jirringrazzja lill-Malta Trust Foundation għal dak kollu li għamlet biex tgħin lill-aktar membri vulnerabbli tal-komunità tagħna.”

Din l-informazzjoni twasslet minn HSBC Bank Malta plc