Sal-lejla flokk iffirmat minn Ronaldo jista’ jkun tiegħek

Puttinu Cares ħabbret li qed tirkanta frejm bi tliet firem awtentiċi tal-plejer tal-futbol Cristiano Ronaldo  li jinkludu flok, ritratt u kopja tal-awtobijografija tiegħu iffirmata minnu stess.

ATTENTION JUVENTUS FANSA beautiful frame with 3 authentic autographs of Cristiano Ronaldo and the autograph of the…

Posted by Puttinu Cares Charity Online Shop on Monday, September 9, 2019

Fuq Facebook Puttinu Cares qalet li kull min hu interessat fil-flokk, ritratt u awtobijografija ffirmati mil-leġġenda tal-futbol innifsu għandu ċans jagħmel dan sat-8pm tal-lejla.   Min joffri l-iktar flus għalihom sa dak il-ħin ikun ir-rebbieħ u jkun jista’ jiġborhom għada l-Ħadd ġewwa l-Marsa fejn bħalissa qed issir il-maratona tal-isport għal Puttinu.

Kull min ikun interessat jista’ jibgħat messaġġ dirett fuq Facebook fuq il-paġna Puttinu. L-oġġetti ffirmati bdew jiġu rkantati minn €500.