Sal-aħħar tax-xahar il-PN se jkun ibbilanċja l-kontijiet – Dr Busuttil

Il-mexxej tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar il-PN se jkun ibbilanċja l-kontijiet.

Waqt djalogu pubbliku tal-PN f’Wied il-Għajn, Dr Busuttil sostna li dan huwa frott tal-ħidma tal-partit matul dan is-sajf.

Żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista jinsab għaddej bi proċess ta’ tibdil fil-livelli kollha biex il-bażi tal-partit tissaħħaħ, timxi ‘l quddiem u l-partit ikun jista’ joffri oppożizzjoni b’saħħitha.

Dwar il-rapport tal-każ ta’ inkjesta mill-bord tal-pulizija, Dr Busuttil wissa lill-Kummissarju tal-Pulizija li l-PN mhux se jħallih jivvittimizza membri tal-korp.