Sal-aħħar ta’ Settembru id-dejn tal-Gvern żdied b’€218-il miljun

Bejn Lulju u Settembru, l-iżbilanċ bejn id-dħul u l-ħruġ tal-Gvern kien jammonta għal €29.7 miljun.
Mill-istatistika tal-NSO jirriżulta li matul it-tielet kwart tas-sena, id-dħul tal-Gvern kien jammonta għal €790.4 miljun jew żieda ta’ €98.3 miljun meta mqabbel mal-2013.
Mill-banda l-oħra, l-ispiża tal-Gvern fl-istess xhur kienet tlaħħaq it-€820.1 miljun.
Jirriżulta wkoll li l-ispiża fis-sigurtà soċjali naqset bi €2.1 miljun.
Sal-aħħar ta’ Settembru id-dejn tal-Gvern żdied b’€218.3 miljun meta mqabbel mal-2013.
Dan biex issa d-dejn tal-Gvern jammonta għal aktar minn €5,627 miljun.