Filmat: Sakemm jispiċċaw l-investigazzjonijiet hemm bżonn jittieħdu xi miżuri – Muscat

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jridu jittieħdu xi miżuri qabel ma jispiċċaw l-investigazzjonijiet b’rabta mal-binja li ġġarfet fil-Mellieħa dalgħodu.

Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit Laburista, Muscat qal li l-inċident ta’ dalgħodu jrid jittieħed fil-kuntest ta’ inċident simili li seħħ ftit tax-xhur ilu. Qal li jrid jittieħed ukoll f’kuntest ta’ “boom” fl-industrija tal-bini.

Filmat: Tinstab ħajja l-mara vittma tat-tiġrif fil-Mellieħa

Muscat qal li sakemm jispiċċaw l-investigazzjonijiet, hemm miżuri oħra li għandhom jittieħdu. Qal li għalih mhux aċċettabli li wieħed joqgħod jistenna inkjesti fit-tul. Dwar l-infurzar, Muscat qal li fadal ħafna xi jsir.

Il-Prim Ministru qal li l-ġimgħa d-dieħla se jsejjaħ għal numru ta’ laqgħat għal persuni u organizzazzjonijiet f’dan il-qasam.

Muscat qal li n-nies għandhom raġun jistaqsu kif se jkunu protetti f’każijiet bħal dawn li jinvolvu s-sigurtà u l-ħajja umana.

Filmat: Christoph Schwaiger

Muscat qal li ma jridx jitkellem “b’mod ċar” dwar il-każ tal-Mellieħa biex ma jippreġudikahx. Però qal li ried jgħaddi xi kummenti. Kompla jgħid li r-responsabilitajiet f’każijiet simili huma ċari.

“L-industrija tal-kostruzzjoni tinsab fi kriżi” – Kamra tal-Periti

Muscat fakkar li l-Gvern irid jgħaqqad l-entitajiet kollha regolatorji f’entità waħda li tkun tista’ tgħasses aktar mill-qrib ix-xogħlijiet.

Spjega li jkun hemm il-perit li jiffirma l-karti u l-kuntratturi li jrid jimxi ma’ dak li jgħid il-perit. Skont il-Prim Ministru, ir-responsabbilitajiet huma ċari.