Sajjied waqa’ ġol-baħar waranofsinhar fil-bajja tal-Prajjet fil-Mellieħa.
Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li s-sajjied waqa’ ġol-baħar għall-ħabta tat-3.30pm.
Il-pulizija ġew infurmati ftit tal-ħin ilu li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili rnexxielhom isibuh u jtellgħuh mill-baħar. Issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar.
Hu għandu 39 sena u joqgħod Ħal Qormi.