Sajjied isalva tarbija ta’ 18-il xahar

Sajjied minn New Zealand salva tarbija ta’ 18-il xahar mill-oċean f’inċident imsejjaħ bħala “miraklu tal-biża”.

Gus Hutt, li kien qed jistad fuq Matata Beach fit-Tramuntana tal-gżira lemaħ figura żgħira f’wiċċ l-ilma. Hu qal li għall-ewwel ħasibha xi pupa iżda meta t-tarbija irnexxielha twerżaq xi ftit, hu rrealizza li kien tifel żgħir.

It-tifel ħarab lill-ġenituri tiegħu waqt li kienu fit-tinda kkampjati u spiċċa biex sab ruħu fl-oċean.