​Sajjied bżonn l-għajnuna f’nofs ta’ baħar

Sajjied Tuneżin ingħata l-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta wara li kellu bżonn l-assistenza medika meta kien f’nofs ta’ baħar.
Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta qalet li tard ilbieraħ filgħaxija, iċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni ta’ Salvataġġ f’Ruma talbet l-għajnuna taċ-Ċentru f’Malta, wara talba minn dgħajsa tas-sajd Taljana.
Fil-bidu, huwa ngħata l-għajnuna mill-Armata Taljana, u mbagħad ittella’ kmieni dalgħodu minn ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza.