Sajjetti jikkawżaw nirien kbar f’Kalifornja

Read in English.

Għexieren ta’ eluf ta’ residenti f’Kalifornjia kellhom jiġu evakwati minn djarhom minħabba maltempati b’beraq u sajjetti qawwija li kkawżaw nirien madwar il-Bajja ta’ San Francisco.

Ħaddiema tat-tifi tan-nar ħadmu qatiegħ biex jillimitaw u jikkontrollaw in-nirien li ġew ikkawżati mis-sajjetti, meqjusa bħala l-agħar ħġejjeġ li laqtu lil Kalifornja f’dawn l-aħħar għaxar snin. 

Kien stmat li l-parti ta’ fuq u ċentrali ta’ Kalifornia ntlaqtu minn madwar 11,000 tifqiegħa ta’ beraq u impatt minn sajjetti. Aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali rrappurtaw li dawn l-impatti qabbdu aktar minn 370 ħuġġieġa individwali din il-ġimgħa, li ppreżentaw theddida għal eluf ta’ djar u wasslu għal evakwazzjonijiet tal-massa.

CapRadio rrapporta lil resident minn Sacramento li qal “Tlifna kollox!” Dan ir-resident u tliet ġirien tiegħu tilfu djarhom fil-belt ta’ Vacaville, madwar 55 mil (88 km) fil-grigal ta’ San Francisco. 

Sal-bieraħ, l-akbar nirien kienu ħarqu aktar minn 780 mili kwadrati, żona ta’ aktar mid-doppju tal-erja totali tal-Belt ta’ New York. Għexieren ta’ djar u bini ieħor spiċċaw meqruda, u tal-anqas żewġ persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ dawn in-nirien.