Sajjetta titfi l-istazzjon nazzjonali

Għal xi ħin dalgħodu, l-istazzjon nazzjonali tat-televiżjoni ma kienx qed jittrażmetti, wara li ntlaqat minn sajjetta.
Sorsi qrib it-TVM, qalu ma’ Newsbook.com.mt li filwaqt li inzerta ħażin ħafna li dan seħħ fil-bidu ta’ skeda ġdida, jidher li s-sajjetta kkawżat ħsarat kbar.
Kull min xegħel it-televixin f’dawk il-ħinijiet sab l-avviż: Niskużaw ruħna għall-qtugħ fit-trażmissjoni. Inkunu magħkom mill-iktar fis possibbli.