Sajf aktar nadif għal San Pawl il-Baħar

SPB-san-pawl

Read in English.

Is-sajf li ġej mistenni jkun sajf aktar nadif għar-residenti ta’ San Pawl il-Baħar. Dan għaliex il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, li huwa responsabbli għaż-żoni ta’ Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija u San Pawl il-Baħar iffirma ftehim mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni.

Fil-ftehim ġie maqbul li d-Diviżjoni se tkun qed toffri għadd ta’ servizzi lill-Kunsill Lokali fosthom servizz addizzjonali ta’ ġbir ta’ skart fil-5.00pm mit-Tnejn sal-Ħadd, ħasil tat-toroq, pjazez u vendi kull lejl, tneħħija ta’ skart illegali fl-istess żoni u tindif ta’ latrini pubbliċi. Iż-żona ta’ San Pawl il-Baħar tara numru sostanzjali ta’ turisti fix-xhur tas-sajf.

F’mistoqsija parlamentari, il-Minstru Owen Bonnici kien qal li l-allokazzjonijiet ta’ fondi għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kien żdiet b’25% fit-tweġiba li hu kien ta lid-deputat tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar.