Sai Mizzi Liang ma kellha l-ebda rwol fil-ftehim maċ-Ċina

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li se jsiru aktar laqgħat bejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma u l-Gvern Ċiniż fir-rigward tal-‘memorandum of understanding’ li ġie ffirmat fiċ-Ċina bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż.

Permezz ta’ dan il-ftehim, fix-xhur li ġejjin, huwa mistenni li l-kumpanija Ċiniża Shangai Electric tixtri 35% tal-korporazzjoni Enemalta.

Shangai Electric hija kumpanija sussidjarja tal-kumpanija tal-Gvern Ċiniż, China Power Investments.

Il-Ministeru għall-Enerġija sostna ma’ Newsbook.com.mt, li mart il-Ministru Konrad Mizzi, Sai Mizzi Liang ma kellha l-ebda rwol fil-ftehim milħuq ma’ Shangai Electric.

Fil-jiem li għaddew ġie kkonfermat li Sai Mizzi Liang ingħatat kariga f’Malta Enterprise.

Dan meta ma saritx sejħa.

Dan huwa każ ieħor ta’ kariga li ngħatat għolja li ngħatat f’Malta Enterprise mingħajr ma saret sejħa pubblika.

Fil-ġimgħat li għaddew, uffiċjal minn Malta Enterprise kien ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt, li l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista Jimmy Magro kien ukoll ingħata kariga.