Sahra Pulizija: Jitressqu l-Qorti 7 uffiċjali oħra

Seba’ uffiċjali oħra tal-Pulizija tressqu l-Qorti llum bħala parti mill-każ tal-allegat frodi dwar il-ħlas tas-sahra.

Is-sitt kuntistabbli u surġent wieħed ġew akkużati bi frodi talli allegatament tħallsu għal xogħol overtime li qatt ma sar. Huma kollha wieġbu mhux ħatja.

Allegatament huma daħħlu eluf ta’ ewro fil-but.

Il-ġimgħa l-oħra supretendent irtirat, żewġ spetturi, u żewġ surġenti wieġbu mhux ħatja li ffrodaw lill-Korp tal-Pulizija meta ħadu eluf ta’ ewro fi ħlas għal xogħol overtime li allegatament ma sarx.