Sahra Pulizija: Ippreżentati l-akkużi; għall-qorti fil-jiem li ġejjin

Il-Korp tal-Pulizija ppreżenta akkużi formali kontra 32 persuna b’rabta mal-allegat abbuż fis-sahra fis-sezzjoni tat-traffiku. L-uffiċjali tal-pulizija se jkunu qed jitressqu quddiem il-maġistrati fil-jiem li ġejjin.

Fi stqarrija mibgħuta fit-3pm, il-Pulizija qalet li dalgħodu ppreżentat l-akkużi għal 32 persuna fir-Reġistru tal-Qorti. Dan wara li saru investigazzjonijiet mill-Pulizija. Il-Korp qal li dan sar flimkien mal-Maġistrat Inkwerenti.

Il-persuni involuti qed jiġu akkużati bi frodi, kompliċità ta’ frodi, li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u kompliċità ta’ dikjarazzjonijiet foloz.

“Fil-jiem illi ġejjin, se jkunu qed jiġu ppreżentati akkużi fil-konfront ta’ aktar persuni,” qalet il-Pulizija.

Il-Korp qal li l-kawżi kontra l-pulizija se jibdew jinstemgħu “fil-jiem illi ġejjin, wara li l-Qorti tassenja liema Maġistrat/i se jisma’/jisimgħu l-kawżi.”

Aktar dettalji dalwaqt