Saħħet Nelson Mandela taqleb għall-aħjar

Saħħet l-eks President Afrikan Nelson Mandela qiegħda terġa’ tirkupra hekk kif qiegħed jieħu n-nifs mingħajr diffikultà. Il-Presidenza Afrikana ħabbret dan fil-bulettin mediku li ħarġet.

Nelson Mandela ddaħħal l-isptar tlett ijiem ilu ibati minn infezzjoni fil-pulmun. Huwa għandu 94 sena u skont il-bulettin mediku huwa qed jirrispondi tajjeb għall-kura li qed jingħata.

Jingħad li l-pulmun tiegħu ma baqgħux jiffunzjonaw tajjeb meta kien qed jaħdem fil-barriera tal-ħabs. Huwa ddaħħal l-isptar għar-raba’ darba fl-aħħar sentejn.

Fil-bulettin mediku ma ngħatat l-ebda indikazzjoni meta Nelson Mandela se joħroġ mill-isptar.