Sagna jibda sfida ġdida ma’ Montreal Impact

L-eks difensur ta’ Manchester City u Arsenal Bacary Sagna ngħaqad ma’ Montreal Impact fil-Major League Soccer. Id-difensur Franċiz qatta’ t-tieni parti tal-istaġun li għadda ma’ Benevento iżda l-esperjenza vasta tiegħu ma kinitx biżżejjed biex il-klabb ma jiġix relegat fis-Serie B.

Sagna stqarr li Didier Drogba, li huwa ħabib kbir tiegħu, ikkonvinċih sabiex imur il-Kanada wara li qatta’ 10 snin fil-Premier League Ingliż;

“Tkellem miegħi dwar il-belt u l-klabb. Qed nippjana li ngħix hawn flimkien mal-familja tiegħi. Qalli li hawnhekk ħa nħossni tajjeb.”