Sagħtejn ħidma biex tiġi protetta l-bejta tal-fkieren minħabba x-xita

Nature Trust - FEE Malta / Facebook

Il-maltempata li ħakmet lill-Gżejjer Maltin fil-jiem li għaddew affettwat ukoll lill-bejtiet tal-fkieren li hawn fil-bajjiet Maltin bħalissa. Wara ħidma ta’ sagħtejn, il-bejta ġiet protetta.

L-għaqda Nature Trust kitbet fuq Facebook biex tirringrazzja lil kull min għen biex jitneħħa l-ilma li kien hemm fil-bajja lbieraħ. Kellhom saħansitra jħaffru fir-ramel sabiex l-ilma ma jidħolx fil-bejta fejn hemm il-bajd tal-fkieren.

Big thanks to our Turtle Nest Watch Volunteers for quickly helping in draining the water flooding the beach earlier this…

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Sunday, September 13, 2020

Dan is-sajf, żewġ fkieren telgħu jbidu fil-bajja tal-Għadira, apparti minn żewġ bejtiet oħra li kien hemm fil-Bajja tal-Mixquqa u fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex.

Il-voluntiera qegħdin joqogħdu għassa mal-bejtiet biex jaraw li ma ssirilhom l-ebda ħsara, u li l-bajd ifaqqas u l-fkieren imorru fil-baħar qawwijin u sħaħ.