Is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fid-dinja moderna għandha tkun prijorità. Madanakollu jidher li dan mhux il-każ għal kulħadd.
Fuq paġna ta’ Facebook ittella’ ritratt ta’ numru ta’ ħaddiema jaħdmu fuq gallarija mingħajr l-ebda protezzjoni ta’ xejn, bil-kliem “saftey FERST”. Wieħed minn dawn il-ħaddiema jidher bilwieqfa fuq barmil, li taħtu għandu oġġetti li ma jintarfux, fuq gallarija bla puġġaman, sabiex jilħaq il-gallarija tas-sular ta’ fuqu.