LIVE: “Safe space for all” permezz ta’ mużika u esperjenzi varji

“Safe space for all” se tixxandar il-Ġimgħa l-4 ta' Diċembru fis-7pm fuq Newsbook.com.mt

Safe Space for All

A Concert organised by the Faculty for Social Wellbeing - University of Malta, in collaboration with KSU - Kunsill Studenti Universitarji, featuring The New Victorians. This event is being sponsored by Kindred & supported by over 40 stakeholders.

Posted by Newsbook.com.mt on Friday, December 4, 2020

Read in English.

L-ugwaljanza, l-inklużjoni u r-reżiljenza huma tliet temi li l-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà u l-KSU se jiffukaw fuqhom f’serata speċjali. Newsbook.com.mt se jkun qed ixandar din is-serata live hekk kif dawn iż-żewġ entitajiet universitarji se jniedu serata bil-mużika bl-isem “Safe Space for all”.

Din is-serata, jew kunċert kif qed isejħulu wħud, se jkollu mużika tal-grupp The New Victorians. Prof. Andrew Azzopardi, Dekan tal-Fakultà qal li “l-għan ta’ din is-serata huwa li jġib flimkien lin-nies, partikolarment f’dawn iż-żminijiet stressanti. Aħna qed nittamaw li nwasslu ftit ferħ u pożittività f’kull dar billi noħolqu serata li kullħadd jista’ jgawdi”.

Is-serata mistennija li ddum siegħa u matulha tliet studenti se jkunu qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-inklussività, l-ugwaljanza u r-reżiljenza.

Prof. Azzopardi żied li “bħala Fakultà, spiss niddiskutu topics importanti u li jqanqlu ħafna ħsus qawwija fost in-nies. Din id-darba ridna nwasslu l-messaġġ iżda b’mod aktar leġġer u x’hemm aħjar mill-qawwa tal-mużika?”

Bi tħejjija għal dan il-kunċert, The New Victorians qalu li “aħna nemmnu li l-persuni ma jagħrfux lil xulxin minħabba l-hekk imsejħa perfezzjonijiet tagħhom iżda jingħaqdu meta jitkellmu dwar l-isfidi tagħhom”.

“Safe space for all” se tixxandar il-Ġimgħa l-4 ta’ Diċembru fis-7pm fuq Newsbook.com.mt