Saċerdoti u sorijiet kontra xulxin waqt Ħadd Għalik

Ħadd Għalik
Ritratt: The Fotografer

Għall-programm tal-lum ta’ Ħadd Għalik, li huwa wieħed irrekordjat, se jkunu qed jilagħbu s-saċerdoti kontra s-sorijiet. Se jkunu mqassma bħas-soltu f’żewġ timijiet u d-divertiment ma jonqosx.

Ritratt: The Fotografer

It-tim tas-saċerdoti

Fr Martin hu wieħed mis-saċerdoti li se naraw jilgħab. Dwaru sirna nafu li jinsa’ ħafna u l- agħar waħda li qatt għamel kienet li nesa’ li kellu jqaddes magħmudija. Dakinhar kien qisu jaf li kellu xi ħaġa imma minflok mar iċ-ċinema biex jara film waqt li kulħadd kien qed jistennieh fil-knisja! Imnalla kien hemm qassis ieħor li għamel il-quddiesa hu!

Illum waqt Ħadd Għalik se jkunu qed jilagħbu wkoll Fr Jethro, Fr Brian u Fr George.

Ritratt: The Fotografer

It-tim tas-sorijiet

Sr Melissa tgħid li tkun taf meta ġejja x-xita u saħansitra ssostni li tkun qed ixxommha ġejja. Ħadd ma jemmina imbagħad tagħmel ix-xita veru u jispiċċaw jgħidulha li għandha raġun.

Ixxomm ħafna! Mhux biss ix-xita tafux! Filfatt għandha vizzju xxomm kollox u speċjalment meta jiġi l-ikel trid ixxommu qabel tiekol u tkun taf xi ħaġa mhux se togħġobha mir-riħa. Ixxomm ukoll jekk il-larinġ ikunx ħelu jew inkella morr mingħajr ma tkun fetħita!

Ma’ Sr Melissa se jkunu qed jilagħbu wkoll Sr Elaine, Sr Ramona u Sr Matlene.

Ritratt: The Fotografer

Ħadd Għalik jixxandar fuq TVM fl-12.15pm u huwa ppreżentat minn Angie Laus.