Read in English.

Is-saċerdoti fl-Awstralja qalu li huma lesti jmorru l-ħabs iżda mhux lesti jiksru s-sigriet tal-qrar kif iġġegħilhom jagħmlu liġi li għadha kif kienet approvata mill-Parlament ta’ South Australia, f’każi ta’ abbużi fuq it-tfal li jsiru jafu bihom fil-qrar.
“L-Istat irid lilna l-qassisin Kattoliċi nagħmlu dak li aħna nqisu bħala l-aktar delitt serju, iżda jien mhux lest nagħmel dan,” qal Fr Michael Whelan, qassis fil-Knisja ta’ San Patrizju, f’Sydney.
“Jien ma nemminx li l-Knisja hi fuq il-liġi imma l-fidi tiegħi tiġi qabel kollox. Meta stat jipprova jindaħal fil-libertà reliġjuża tagħna, u jimmina l-essenza ta’ xi jfisser li tkun Kattoliku, aħna se nirreżistu”, insista Fr Michael.