Saċerdot ta’ 68 sena l-isptar wara li nqaleb bil-karozza

Saċerdot ta’ 68 sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li nqaleb bil-karozza fil-Blata l-Bajda.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar fi Triq Nazzjonali. Jidher li għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll, ħabat f’arblu tad-dawl u inqaleb.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u l-ambulanza li ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei.
Dan hu t-tielet inċident li seħħ illum fil-viċinanzi tal-Blata l-Bajda hekk kif żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar ħdejn Bieb il-Bombi filwaqt li kuntistabbli weġġa' fi Triq Sant’Anna hu u sejjer jgħin f'inċident.