Saċerdot li kien imexxi istitut għall-għomja maqtul fil-Mozambique

Fr Ibel Ikwel li nqatel b'diversi daqqiet ta' sikkina

“Quddiem il-mewt ta’ ħuna Landry Ibil Ikwel, li miet fl-isptar ta’ Beira wara attakk brutali fil-kunvent tiegħu ningħaqdu f’qalbna mal-qlub ma’ dawk ta’ ġutna partijiet u sorijiet li qed ibatu fl-Afrika biex nitolbu u nafdaw f’dak li miet mewt vjolenti fuq is-Salib u ħafer lill-aggressuri tiegħu u nitolbuh li fejn il-mewt tipprova tirbaħ, minflokha tirbaħ il-ħajja”.

Diversi daqqiet ta’ sikkina

Din hi stqarrija maħruġa mill-Kongregazzjoni tal-Qlub Imqaddsa ta’ Ġesù u Marija – li kopja tagħna ntbagħtet ukoll lill-aġenzija tal-aħbarijiet FIDES – wara l-mewt traġika ta’ Patri Landry Ibil Ikwel ta’ 34 sena li nqatel f’Beira fil-Mozambique il-ġimgħa li għaddiet.  Huwa ngħata diversi daqqiet b’sikkina fil-kunvent fejn kien jgħix u miet fl-isptar ftit wara kaġun tal-feriti gravi li ġarrab.

Fr Landry twieled fil-Congo u fl-2008 daħal novizz f’din il-Kongregazzjoni u kien ordnat saċerdot tliet snin ilu, fi Frar 2016, f’Kinshasa. Intbagħat jaħdem fil-Mozambique fejn kien Direttur ta’ Istitut għal persuni għomja, struttura li għandha l-iskop li tifforma, tirriabilita, teduka u tintegra soċjalment tfal u żgħażagħ u adulti neqsin mid-dawl minn madwar il-pajjiż kollu.

Edukazzjoni adegwata

L-Istitut kien jassigura li kull persuna tingħata edukazzjoni adegwata skont il-ħiliet individwali tiegħu u b’hekk jgħinhom joħorġu mill-emarġinazzjoni li fiha tkun irrelegathom is-soċjet

Meta jitkellem dwar dan l-Istitut, Fr. Landry kien jgħid li “Nemmen li l-Kongregazzjoni tagħna għamlet għażla eċċellenti meta aċċettat it-tmexxija ta’ dan l-Istitut. Il-preżenza tagħna taqbel mal-kariżma tagħna – missjoni u spiritwalità . L-Istitu hu xhieda elokwenti tal-għażla preferuta tagħna lejn il-fqar”.

“Aħna naħdmu għall-promozzjoni umana u l-inklużjoni soċjali tal-fqir. Id-dinamiku missjunarja llum tistedina nersqu lejn it-truf u l-marġini tas-soċjetà. Nemmen li l-ħidma tal-Kongregazzjoni tagħna f’dan l-Istitut magħruf bħala IDV-B hi tweġiba konkreta għal din is-sejħa. Il-ħidma hawn hi sfida kbira għall-missjoni tal-lum”.