Saċerdot fl-Irlanda jiftakar meta ħadem mal-Papa Franġisku

Arkivji

Meta l-Papa Franġisku jżur Dublin fl-Irlanda, is-saċerdot Irlandiż James Kelly se jsewgi t-televixxin b’mod attent ħafna biex isegwi ż-żjara tal-Papa u jara x’jaħseb il-Papa mill-Irlanda taż-żminijiet tal-lum. Huwa kien kollega tal-Papa fis-snin tmenin.

Illum il-ġurnata saħħet Kelly marret lura u lura fiż-żmien huwa għamel tliet snin jaħdem ma’ Jorge Bergoglio meta l-Papa kien kappillan u direttur tal-kulleġġ fiż-żona ta’ Buenos Aires fil-bidu tas-snin tmenin.

Kelly qal li Bergoglio kellu viżjoni ċara ta’ x’kien irid u kellu ħafna ħeġġa li jimplimentaha u għalhekk kien mexxej f’saħħtu b’kapaċità ta’ tmexxija straordinarja.

Kelly kkonferma li Bergoglio kien direttur li kien jiggwida lill-persuni minkejja li mhux kulħadd kien jaqbel miegħu. Dak iż-żmien kien jitqies bħala persuna awtoritarja iżda meta laħaq Isqof ta’ Buenos Aires Bergoglio inbidel kompletament temm jgħid Kelly.