Imut saċerdot attakkat waqt quddiesa fil-Messiku

Fr Jose’ Miguel Machorro, li kien attakkat waqt li kien qed iqaddes quddiesa fil-Kattidral Metropolita ta’ Mexico City, miet fl-isptar kaġun tal-kumplikazzjonijiet li nqalgħu għal saħħtu wara l-attakk.
L-Arċidjoċesi ħabbret li nhar l-Erbgħa li għadda Fr Machorro waqa’ f’coma fl-isptar fejn kien qed jingħata l-kura u miet ftit tal-ħin wara.
Il-Kardinal Norberto Rivera, Arċisqof ta’ Mexico City kiteb “Nirrakkomanda r-ruħ ta’ Fr. Miguel u nitlob l’Alla li jagħti s-seħħa lill-familja tiegħu. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem”.
Fr Machorro li kellu 55 sena kien safa attakkat fil-15 ta’ Mejju li għadda waqt li kien qed iqaddes. Min attakkah kien identifikat bħala Juan Rene Silva Martinez ta’ 32 sena li wara rriżulta li kien qed isofri minn mard mentali.
Is-saċerdot kien ittieħed l-isptar wara l-attakk u wara xi żmien kien rilaxxat u ntbgħat joqgħod mal-familja tiegħu, iżda l-ġimgħa l-oħra kellu infezzjoni fl-imsaren u reġa’ ddaħħal l-isptar għall-kura.  L-Isptar reġgħu qalulu li kien ħeles mill-periklu iżda reġa’ rritorna l-Isptar nhar it-Tlieta li għadda ibagħti min-nuqqas ta’ ikel u problemi newroloġiċi.  Hu miet l-għada.