Sab l-ajruplan mitluf ta’ Malaysia Airlines?

ajruplan Malaysia Airlines

Espert tat-teknoloġija, Ingliż, qal li sab l-ajruplan MH370 tal-Malaysia Airlines li kien għeb, fuq Google Maps.

Ian Wilson, jemmen li l-fdalijiet tal-arjuplan li sparixxa waqt li kien qed iġorr akar minn 200 persuna minn Kuala Lumpur lejn Beijing, qegħdin ġewwa ġungla fil-Kambodja. Huwa qal li qed jippjana li jżur il-ġungla biex japprova t-teorija tiegħu.

Huwa qal li fuq Google Maps jidher li hemm lakuna bejn id-denb u d-dahar tal-ajrupjan.