Sa għada mingħajr ilma fi nħawi f’San Ġiljan

Jekk toqgħod san Ġiljan, partikolarment fl-inħawi ta’ Trejqet il-Bajja, il-provvist tal-ilma tiegħek se tiġi sospiża mil-lum sa għada kmieni filgħodu.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li skużat ruħha għall-inkonvenjent.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni jew tixtieq tirraporta xi ħsarat tista’ ċċempel fuq 80076400. Is-servizz huwa miftuħ 24 siegħa kuljum.