”Sa €6,000 lura fuq kull impjieg privat ġdid f’Għawdex”

Tnediet skema ta’ rifużjoni għall-impjiegi li permezz tagħha se tingħata rifużjoni ta’ 30% tal-paga sa massimu ta’ €6,000 għall kull impjieg ġdid li jinħoloq fis-settur privat f’Għawdex fuq kuntratt ta’ tliet snin.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Finanzi Edward Sciculna u l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruna, ingħataw dettalji dwar din l-iskema.

Spjegaw li din l-iskema se tgħin sabiex jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ impjiegi u xogħol ta’ kwalità f’Għawdex, fejn ikkwotaw statistika li turi li l-akbar għadd ta’ impjiegi f’Għawdex inħolqu mis-settur privat.

Il-Ministru għall-Finanzi semma kif bħalissa Għawdex għaddej minn tkabbir ekonomiku li qatt ma ra bħalu. Fl-istess ħin qal li l-Gvern jifhem li l-iżvilupp sostenibbli tal-gżira Għawdxija jiddependi mis-settur privat, u għalhekk nieda din l-iskema li kienet imħabbra fil-baġit li għadda.

L-applikazzjonijiet huma disponibbli online minn fuq is-sit: www.mgoz.gov.mt jew mill-mobile app ‘mygozo’.​

Ritratti: MGOZ