Sa 8 pulizija aktar f’Paceville fil-weekend

F’kull tmiem il-ġimgħa jintbagħtu bejn sitta u tmien pulizija iktar f’San Ġiljan, biex iżommu l-paċi pubblika f’Paceville.
Fil-Parlament, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal dan fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono.
Għal mistoqsijiet oħra mill-istess Deputat dwar l-Għassa tas-Swieqi, il-Ministru Abela Abela spjega li għalkemm jista’ jkun li kien hemm xi okkażjonijiet rari fejn il-Pulizija tas-Swieqi jagħlqu l-għassa biex jgħinu lill-Pulizija ta’ San Ġiljan, din mhix prassi.  Min-naħa l-oħra żied jgħid li jkun hemm diversi okkażjonijiet fejnjiġri bil-kontra speċjalment f’ħinijiet fit-tard.
Qal li l-probabilità li jiżdiedu l-Pulizija fl-għassa tas-Swieqi se tiġi mistħarrġa meta jsir it-tqassim ta’ membri ġodda jew skont il-bżonn partikolari. Spjega li dan bħala parti minn stħarriġ fejn jiġi studjat il-compliment tal-Pulizija f’kull għassa u sezzjoni, u l-uffiċjali jiġu assenjati skont il-ħtieġa.