Sa 2pm it-turnout kien ta’ 49% … 4% iktar mill-2008

Sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, skont il-Kummissjoni Elettorali, għall-elezzjoni ġenerali ħarġu jivvutaw 49.5% tal-voti reġistrati.

Dan ifisser żieda ta’ 4% meta kkumparat mal-elezzjoni ġenerali tal-2008.

Ta’ min jinnota li l-iktar distrett li ħareġ jivvota kien ir-raba’ distrett b’55 fil-mija. L-inqas votanti li tefgħu l-vot tagħhom kienu dawk tat-tielet distrett.

Filwaqt li din is-sena kull distrett kellu żieda fit-turnout, id-9 Distrett irreġistra tnaqqis. Filfatt, fl-2008 sas-sagħtejn kienu ħarġu jivvutaw 48% waqt li llum ħarġu 46%.

Hawn taħt hawn il-lista tat-turnout skont id-distretti sas-sagħtejn:

Distrett 1 – 2008: 46% … 2013: 50%
Distrett 2 – 2008: 45% … 2013: 45%
Distrett 3 – 2008: 41% … 2013: 44%
Distrett 4 – 2008: 51% … 2013: 55%
Distrett 5 – 2008: 43% … 2013: 53%
Distrett 6 – 2008: 46% … 2013: 53%
Distrett 7 – 2008: 40% … 2013: 49%
Distrett 8 – 2008: 48% … 2013: 49%
Distrett 9 – 2008: 48% … 2013: 46%
Distrett 10 – 2008: 47% … 2013: 51%
Distrett 11 – 2008: 46% … 2013: 51%
Distrett 12 – 2008: 38% … 2013: 47%
Distrett 13 – 2008: 44% … 2013: 50%