​Aġġornata: 9 studenti u għalliem maqtula f’Texas

Disa' studenti u għalliem inqatlu f’attakk minn student f’Texas fl-Istati Uniti.
Il-Pulizija ta’ Texas qalet li l-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu student f’Santa Fe High School.
Is-suspettat ewlieni huwa żagħżugħ ta’ 17-il sena, Dimitrios Pagourtiz.
Il-Pulizija ikkonfermat li sabet apparat bl-isplussivi fl-iskola li tinsab f’Houston.
Il-bilanċ tal-persuni mejta jagħmel dan l-inċident l-iktar wieħed imdemmi minn incident simili fi Frar li għadda, meta kienu nqatlu 17-il student ieħor fi Florida.