​S’issa jinġabru madwar €315,000 fil-maratona ta’ Puttinu

S’issa inġabru madwar €315,000 fil-maratona ta’ Puttinu fil-Marsa
Il-maratona annwali tal-futbol u l-volibol għandha l-għan ewlieni li jinġabru fondi sabiex tittaffa t-tbatija u l-piż finanzjarju tal-qraba ta’ dawk morda bil-kanċer, b’mod partikolari t-tfal.
Il-maratona ta’ Puttinu Cares bdiet permezz ta' Quddiesa li għaliha attendiet ukoll il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, flimkien maċ-ċkejken Nigel li xi żmien ilu għadda minn trapjant f’qalbu.
Il-maratona tintemm għada.
Ritratt: Puttinu Cares