Ryszard Czarnecki jitneħħa minn Viċi-President tal-PE

L-Ewroparlamentari ivvutaw b’447 voti favur u 196 kontra l-proposta biex il-Viċi-President tal-Parlament Ewropew, Ryszard Czarnecki, jiġi fit-tmiemu t-terminu tiegħu.
Il-proposta kienet imressqa mill-Konferenza tal-Presidenti, li tikkonsisti mill-President tal-Parlament Ewropew u l-mexxejja tal-gruppi politiċi, u kellha bżonn minn tal-inqas maġġoranza ta’ żewġ terzi.
Il-PE se jkollu issa jeleġġi Viċi-President ġdid.
Czarnecki kien uża kliem dispreġjattiv fil-konfront ta’ Ewroparlamentari Pollakka oħra, u kien għalhekk li ġie deċiż li jittieħed dal-vot bix jitneħħa minn dil-kariga.