Ryanair twissi li se jintilfu eluf ta’ impjiegi fit-turiżmu fir-Renju Unit

Ryanair titjira tikkanċella
REUTERS/Wolfgang Rattay

Ir-Renju Unit kapaċi jitlef eluf ta’ impjiegi fis-settur ta’ l-ivvjaġġar u t-turiżmu fix-xhur li ġejjin jekk il-gvern ma joffrix għajnuna lill-ħaddiema u ma jnaqqasx ir-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar qal il-kap ta’ Ryanair Michael O’Leary nhar il-Ħamis.

O’Leary, il-kap eżekuttiv ta’ l-akbar kumpanija ta’ l-ajru low-cost fl-Ewropa kien qed jitkellem ftit sigħat qabel ma r-Renju Unit kellu jħabbar set tya’ miżuri ġodda ta’ għajnuna relatata mal-pandemija COVID-19 u ġimgħat qabel it-tnedija ta’ pjan ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex ikun hemm koordinament ta’ restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fl-Ewropa.

Jekk ir-Renju Unit ma jingħaqadx mal-pjan ta’ l-Unjoni Ewropa u ma jipprovdix skema ta’ furlough sabiex ikun jista’ jħallas lil dawk li spiċċalhom ix-xogħol minħabba l-COVID-19 “dan ikun ifisser litteralment mijiet ta’ eluf ta’ impjiegi mitlufa din ix-xitwa,” qal O’Leary lil Sky News waqt intervista.

Il-Ministru tal-Finanzi tar-renju Unit Rishi Sunak nhar il-Ħamis kien mistenni jħabbar skema ġdida minflok il-Coronavirus Job Retention Scheme, li għenet 8.9 miljun impjieg fis-settur privat f’Mejju, bħala parti minn serje ta’ miżuri ġodda ta’ għajnuna kontra l-COVID-19.

O’Leary qal li jekk din l-iskema ġdida mhux se tkun waħda ta’ sustanza, dawk l-impjegati li bħalissa ma jkunx hemm bżonnhom, se jkollhom jitpoġġew fuq leave bla ħlas. It-telf ta’ mpjiegi hija wkoll possibiltà għaldaqstant, Ryanair tinsab “qed taħdem b’mod intensiv ħafna man-nies tagħna biex nevitaw li dan iseħħ,” kompla qal.

O’Leary sejjaħ ukoll sabiex titneħħa t-taxxa fuq il-passiġġieri ta’ l-ajru tar-Renju Unit għal sena jew sentejn.

L-iskema ta’ l-ivjaġġar ta’ l-Unjoni Ewropa, li mistennija tkun finaliżżata sa nofs Ottubru li ġej, mistennija ddaħħal fis-seħħ sett ta’ regolamenti ta’ l-ivjaġġar marbutin mal-COVID-19 li jkunu uniformi madwar l-Ewropa kollha u timponi restrizzjonijiet fuq reġjuni li jkollhom rati għolja ta’ każi COVID-19 rates minn pajjiżi oħra.

O’Leary, li aktar kmieni dan ix-xahar fisser ix-xitwa bħala “telfa”, qal li l-bookings ta’ Ryanair għal Novembru u Diċembru huma ta’ 10%, madwar kwart tal-livell normali għal dan iż-żmien tas-sena.

Huwa qal li l-attività tal-linji ta’ l-ajru Ingliżi in ġenerali mistennija li tkun ta’ madwar 30-40% tal-kapaċità normali li s-soltu tkun għax-xitwa u qal li bħalissa, il-bookings jinsabu madwar 20-30% tal-livelli normali.