Ryanair tqaċċat 6 ajruplani minn Dublin

Il-linja tal-ajru Ryanair se tnaqqas il-flotta tagħha f’Dublin minn 30 ajruplan għal 24 għax-xitwa tal-2018.

Dan għaliex il-kumpanija se tkun qed tinvesti fil-linja tal-ajru Pollakka tagħha, Ryanair Sun, li se toffri aktar minn 10 ajruplani għall-operaturi Pollakki, aktar mid-doppju tal-5 ajruplani użati dan is-sajf.

B’kawża ta’ dan, Ryanair avżat lil aktar minn 100 pilota u aktar minn 200 impjegat tal-cabin crew li mit-28 t’Ottubru ’l quddiem, mhux se jkollha bżonnhom aktar, peress li se tnaqqas il-flotta tagħha b’20%.

Il-linja tal-ajru se tkun qed toffri lil dawn l-impjegati l-opportunità li jaħdmu mill-Polonja minflok mill-Irlanda.